Click Here for the MaltaMedia Home Page

EDIZZJONI SPECJALI: GHANA TAL-MILIED
Biex tisma' din ix-xandira
ghandek bzonn

     Click Here to GET the RealPlayer     

F' din l-edizzjoni specjali ta' Tisqifa ghall-Ghana Taghna Gorg Mifsud-Chircop jipprezenta liz-zewg ghannejja Karmnu Debono l-Pikipakk (minn Birkirkara) u lil Frans Mifsud ta' Zaren ta' Vestru (miz-Zejtun) li jghannu bosta versi qodma marbutin mat-talb popolari Malti tal-Milied.

Antropologikament u etnologikament hawn rabta kbira bejn dawn il-versi u l-ghanja Maltija maghrufa tal-Milied Ninni La Tibkix Izjed miktuba s-seklu l-iehor mill-Gizwita Halluqi Indri Schembri, u li mbaghad saret popolari mindu bdiet issir il-Purcissjoni tal-Bambin mis-Socjeta' tal-Museum. Xejn xejn dawn il-versi kollha juruna t-tradizzjoni qawwija u li ghadha hajja sal-lum marbuta mal-kuxjenza tat-tbatija fil-Milied Malti ccentrat fuq it-tarbija Gesu' daqskemm it-tlaqqigh interessanti bejn l-interpretazzjoni Maltija ta' l-umanita' u d-divinita' - l-istess bhalma naraw fil-presepju u/jew fil-grotta Maltija u fil-leggendi Maltin tal-Milied.

Tisqifa ghall-Ghana Taghna
hija sensiela twila ta' programmi
mtellgha minn Gorg Mifsud-Chircop
ghar-Radju tal-Univerista' 103.7FM

BIEX TISMA' PROGRAMMI OHRA
F'DIN TAS-SENSIELA
IKKLIKKJA HAWN

ara wkoll...
TRADIZZJONIJIET HAJJIN TA' ZMIEN IL-MILIED
Qaghaq tal-Ghasel
L-Irwiegel
Il-Presepju

MaltaMedia - Bl-isbah xewqat ghall-festi!